Kronaka
Ġuvni bi ġrieħi gravi wara li waqa’ fil-Mosta

Ġuvni ta’ 31 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien nieżel it-taraġ f’residenza fil-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 tal-bieraħ fi Triq Sant’Anton Abbati fil-Mosta.

Il-ġuvni, Ingliż residenti l-Mellieħa, ittieħed permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet ta-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar