Kronaka
Ġuvni bi ġrieħi gravi wara li waqa’ sular

Għall-ħabta ta’ 02:45, ġuvni ta’ 22 sena mir-Repubblika Ċeka waqa’ għoli ta’ madwar sular fi Triq Mikienl Anton Vassalli fl-Imsida.

Il-ġuvni kien qiegħed fuq ċint fi Triq Victor Denaro u għal xi raġuni waqa’ għal fuq ċinta li tagħti għal fuq Triq Mikiel Anton Vassalli.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjobni 1ivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-ġuvni.

Huwa ttieħed immedjatamanet l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.