Lokali
Ġuvni b’nuqqas ta’ dawl jintegra ruħu fis-soċjetà permezz tal-eżerċizzju

Nies li jbatu minn diżabilità spiss isibu diffikultà li jagħmlu l-eżercizzju minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità. Din tista’ tikkawża żieda fil-piż.

Dan mhux il-każ ta’ Liam Stafrace, ġuvni b’nuqqas ta’ dawl li bl-ambizzjoni tiegħu u għajnuna mill-Fondazzjoni Visual Non Visual qiegħed jintegra ruħu fis-soċjetà permezz ta’ eżerċizzju u attivitajiet oħra organizzati apposta mill-istess Fondazzjoni.

Li tgħix ħajja indipendenti hija ħolma li għal ħafna minnha tirnexxi. Għal Liam Stafrace li jgħix ħajja kompletament indipendenti kienet aktar diffiċli kawża ta’ nuqqas ta’ vista, iżda li bl-għajnuna tal-Visual Non Visual Network li l-missjoni tagħha hija li jakkwistaw ħiliet ġodda li jgħinuhom jintegraw aħjar fis-soċjetà.

Liam huwa persuna b’nuqqas ta’ dawl u jsostni li jeħtieġ aktar għarfien.

“Irridu aktar awareness li mhux kulħadd f’keffa waħda. Meta taqsam miż-zebra cross jew inkella mil-lights ma jinstemgħux il-lights eżempju ħafna mit-toroq ikunu bla sound il-blind ma jkunx jaf jistax jaqsam je le anki l-pavement ikunu qed jaħdmu u jkunu qed jaħdmu u jaqa’ ħafna trab u dan iċ-ċertu trab inti la tarah u lanqas min jara ma jarah għax jista’ jiżloq.”

Minn mindu kien żgħir ħafna Liam ma żammu xejn milli jieħu sehem f’diversi dixxiplini ta’ sport, fosthom il-futbol li għadu jipprattikah sal-lum u issa anki eżerċizzju fil-gym.

“Fiżikament u anki mentalment jekk qed titrenja għal oġġett ħa tagħti l-almu tiegħek inti proud u tagħmel proud in-nies ta’ madwarek qed tħeġġiġhom jagħmlu ċertu affarijiet lanqas jekk ikun diffiċli kemm hu diffiċli xorta ibqa’ prova għax fil-ħajja m’għandek taqta’ qalbek qatt.”

Simone Puddu personal trainer mal-fondazzjoni Visual Non Visual Network, u li qiegħed isegwi lil Liam fost oħrajn qal lil Television Malta li nies b’diżabilità għandhom tendenza illi jtellgħu ħafna fil-piż jekk ma jkunux gwidati sew, kemm għax ma jkunux indipendenti u kemm għax in-nuqqas ta’ kumdità u aċċessibilità ma tippermettilhomx. Simone Puddu qal li l-Fondazzjoni għandha ħafna pjani għal quddiem għal nies b’nuqqasijiet fiżiċi.

“We are this way spreading culture about how to behave around blind people, also this mixture of sport with blind people has proven to be extremely efficient and awareness this is the way I’m trying to contribute here.”

Il-Visual Non Visual Network bdiet il-ħidma tagħha fl-2013, u minn dakinhar il-proġetti ma waqfux. Fost proġetti ta’ suċċess kien hemm il-Green Wall Project, skultura u ħsad taż-żebbuġ.

Noel Farrugia, l-ewwel fundatur ta’ din in-network jgħid li għad fadal ħafna xi jsir u huwa ta’ sodisfazzjon kbir meta dawn il-proġetti jirnexxu.