Kronaka
Ġuvni ferut gravi wara li waqa’ l-irħam fuqu f’Ħ’Attard

Ġuvni ta’ 19-il sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ waranofsinhar fiż-żona industrijali ta’ Ħ’Attard.

Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-ġuvni, li huwa mill-Gambja, weġġa’ meta waqa’ xi rħam fuqu.

Il-ġuvni ngħata l-assistenta mill-Protezzjoni Ċivili, qabel ma ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar