Kronaka
Ġuvni jaggredixxi tim mediku ta’ Mater Dei u jwaddab ġebel lejn l-ambulanza

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit.

TVM huwa infurmat li l-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, barra stabbiliment tad-divertiment li jinsab fit-telgħa tas-Saqqajja, fir-Rabat.

Kienu għal ħabta tal-4am xħin intalbet l-assistenza medika. Fuq il-post intbagħtu żewġ ambulanzi minn Mater Dei.

Waqt li kienu qed jaraw liż-żewġ żgħażagħ li kellhom bżonn l-assistenza medika, ġew avviċinati mill-ġuvni u beda jkun aggressiv magħhom. Huwa beda jordnalhom biex jagħmlulu l-punti f’rasu dak il-ħin stess għax kellu ferita u wara jwassluh id-dar bl-ambulanza.

Minkejja li ż-żewġ Emergency Ambulance Responders u l-infermier ippruvaw jikkalmawh, il-ġuvni beda jheddidhom u ħin bla waqt fajjar daqqa ta’ ponn f’wiċċ l-infermier.  L-istess ġuvni  beda jaqla’ l-ġebel minn ħajt tas-sejjiegħ u jgarah lejn l-ambulanza.

Ftit ħin biss wara fuq il-post waslu 3 vetturi tal-RIU, bil-pulizija arrestaw lill-ġuvni li kien ukoll agressiv fil-konfront taghom. Wara li ġie arrestat, il-ġuvni ttieħed għall-kura l-isptar fl-isptar mill-istess tim mediku hekk kif irriżulta li huwa kien qala’ xi daqqiet minn persuni oħrajn wara li allegatament qala’ l-inkwiet fl-istess akwati u kellu ġrieħi f’rasu u xuftejh.

Dwar dan il-każ sar rapport lill-Pulizija tad-Distrett.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar