Lokali
AĠĠORNAT (2): Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’Wied il-Mielaħ

Żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Kalkara jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ żewġ sulari minn fuq l-irdum ta’ Wied il-Mielaħ, fl-Għarb, Għawdex. L-inċident seħħ għal ħabta tas-12.45 ta’ wara nofsinhar.

Minn tagħrif li kiseb TVM jirriżulta li ż-żagħżugħ kien qed jammira t-tieqa ta’ Wied il-Mielaħ, meta għal xi raġuni waqa’ f’toqba fl-irdum.

Fuq il-post ssejħu l-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar t’Għawdex sabiex tellgħu lill-vittma u ttieħed l-isptar, fejn qed jinżamm fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar ġenerali t’Għawdex.

Bl-inċident kienet infurmata l-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri li qed tmexxi inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel Malti rrikorra quddiem il-Qorti biex jitlob li jiġi rikonoxxut bħala l-missier naturali ta’ tifel ta’ 3 snin, fejn qed jallega li ibnu ġie addottat minn raġel ieħor mingħajr ma…

Lokali

Raġel ta’ 41 sena mir-Rabat, Malta, ġie arrestat il-lejl li għadda wara li nqabad bi 3.5 kg droga. Il-Pulizija qalet li l-ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wasslet biex ir-raġel twaqqaf huwa…

Lokali

Emma Muscat ilbieraħ għażlet li tkanta A Sky Full of Stars; wieħed mill-iktar xogħlijiet popolari tal-artist Avicii, li miet proprju jum qabel fl-età ta’ 28 sena. Fuq il-midja soċjali Emma…

Aktar