Qorti
Ġuvni jinżamm arrestat fuq akkużi li wettaq atti sesswali ma’ tfajla taħt l-età

Żagħżugħ ta’ 22 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti b’akkużi li għamel atti sesswali ma’ tfajla taħt l-età u li kkorompieha. Huwa wieġeb mhux ħati.

L-Ispettur Sarah Zerafa spjegat kif l-allegata vittma, akkumpanjata mill-ġenituri tagħha, għamlet rapport ftit ħin wara li seħħ l-allegat każ. Spjegat kif huma bdew jitkellmu fuq messenger, bl-akkużat stieden lit-tfajla biex jiltaqgħu.

It-tfajla ġiet eżaminata fl-Isptar Mater Dei u dwar dan il-każ hemm inkjesta għaddejja.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bl-avukat parte ċivile u l-prosekuzzjoni oġġezzjonaw minħabba l-biża’ ta’ intralċ tal-provi għaliex it-tfajla, li hija minorenni, hija x-xhud ewlieni fil-każ.

Id-difiża rrimkarkat li ż-żagħżugħ, li ma jaħdimx, għandu dipressjoni u qed jiġi segwit minn professjonisti.

Huwa ġie akkużat ukoll li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-qorti fuq każ ieħor pendenti dwar ġlieda bejn ġirien.

Il-Maġistrat Charmaine Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u talbet li l-akkużat jiġi segwit minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Saret ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittma u l-familja tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Lokali

Mit-tlieta ta’ Awissu li ġej ħaddiema barranin jistgħu jerġgħu jibdew japplikaw għas-single permit, li huwa permess ta’ xogħol u anki residenza f’Malta. Is-Segretarju Parlamentari, Alex Muscat qal li minħabba l-pandemija, il-ħaddiema…

Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

Aktar