Qorti
Ġuvni jinżamm arrestat wara li kien mixli li waddab raġel il-baħar fl-Imġarr

Raġel ta’ 21 sena mix-Xewkija nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li darab raġel ieħor fl-inħawi tal-port tal-Imġarr.

Il-każ seħħ fit-18 ta’ Lulju li għadda, meta l-akkużat allegatament darab raġel Somalu ta’ 27 sena billi waddbu l-baħar.

Huwa kien akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi ħfief, wettaq ħsara volontarja u li kiser il-paċi pubblika.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u nżamm arrestat. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

Ara wkoll:

FILMAT: Ara l-mument li immigrant twaddab il-baħar fil-Port tal-Imġarr