Kronaka
Ġuvni ta’ 19-il sena jmut b’gass li ħareġ minn heater

Ġuvni ta’ 19-il sena tilef ħajtu traġikament kaġun ta’ gass li ħareġ minn heater.

Il-Pulizija qalet li ntalbet tassisti f’dar fi Triq Santa Katerina f’Ħal Qormi għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li ż-żagħżugħ, li jgħix Ħal Qormi, intilef minn sensih b’konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku iżda tilef ħajtu ftit ħin wara fl-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras, li ħatret inkjesta, filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.

Ramiro Mallia huwa l-ġuvni li miet b’gass li ħareġ minn heater