Kronaka
Ġuvni jweġġa’ gravi wara li waqa’ ġo wied fl-Imġarr

Ġuvni ta’ 17-il sena li joqgħod Birkirkara weġġa’ gravi wara li waqa’ fl-Imġarr.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident f’Wied Binġemma għal xi l-11.30am.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li għal xi raġuni l-ġuvni waqa’ minn xi għoli ġol-wied.

Fuq il-post ġew imsejħa l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll tim mediku sabiex jassistu lir-raġel.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.