Lokali
Bil-filmat: żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li waqa’ ġo xaft

Żagħżugħ ta’ 16-il sena li jgħix il-Fgura weġġa’ gravi wara li waqa’ ġo xaft ta’ residenza privata.

Huwa waqa’ ġo residenza fi Triq il-Kampanella wara li allegatament għall-ħabta tal-11pm tela’ fuq bejt u pprova jaqbeż madwar sitt ibjut. Huwa waqa’ madwar żewġ sulari.

Il-ġuvni ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie stabbilit li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u ssejħu wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex joħorġu lill-vittma mir-residenza.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.