Kronaka
Ġuvni ta’ 16-il sena jinqabad iġorr id-droga u jsuq f’Birkirkara

Ġuvni ta’ 16-il sena li jgħix Birkirkara kien arrestat wara li dal-lejl intlemaħ isuq b’veloċità eċċessiva.

Kienu l-Pulizija tal-RIU li waqt ronda għall-ħabta 12.30am, innutaw vettura tat-tip Peugeot 106 għaddejja b’veloċità eċċessiva minn Triq Fleur-de-Lys lejn il-Wied ta’ Birkirkara.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-membri tal-RIU saqu għal wara l-vettura, fejn għalkemm ippruvaw jagħmlu sinjal lix-xufier biex jieqaf, dan kompla jsuq b’veloċità eċċessiva.

Ġara li meta wasal fi Triq Giovanni Papaffy, ix-xufier tilef il-kontrol tal-vettura, bil-konsegwenza li din baqgħet sejra fin-naħa l-oħra tat-triq, ħabtet ġo vettura tal-għamla Vauxhall Astra, li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta, u baqgħet dieħla ġo arblu.

Mal-impatt ix-xufier deher joħroġ mill-vettura u jaħrab jiġri, fejn ġie arrestat ftit wara, u fuqu nstabu żewġ biċċiet ta’ borża tal-plastik li ġo fihom kien hemm sustanza suspettata droga.

Fuq il-post issejħu wkoll il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara. Ix-xufier u l-passiġġiera tal-Vauxhall ma sofrew l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-ġuvni ta’ 16-il sena ttieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta peress li kien ħass xi uġigħ kawża tal-impatt. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar