Qorti
Ġuvni ta’ 17-il sena jammetti li seraq minn ħanut f’Marsalforn

Ġuvni ta’ 17-il sena tressaq quddiem il-Qorti t’Għawdex, fejn kien akkużat b’serq minn stabbiliment f’Marsalforn. Is-serq seħħ fis-sigħat bikrin tal-5 t’Ottubru li għadda.

Il-ġuvni, li jgħix il-Marsa, ammetta għall-akkużi quddiem il-Maġistrat Paul Coppini. Huwa tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin, li matulhom irid iħallas €172 lil min seraq.