Qorti
Ġuvni taħt l-età jametti li seraq il-ħwejjeġ minn ħanut fil-Belt

Ġuvni ta’ 17-il sena ammetta li seraq ħwejjeġ minn ħanut il-Belt nhar is-Sibt li għadda, u li fuqu kellu 10 grammi pjanta tal-kannabis għall-użu personali.

Il-ġuvni, li huwa Libjan u li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, jgħix fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Fil-Qorti ntqal kif il-valur ta’ ħwejjeġ misruqa jammonta għal madwar €150. Fuqu nstab ukoll puntell li kien juża biex iżarma l-alarms minn mal-ħwejjeġ.

Fl-istqarrija li ta lill-Pulizija l-ġuvni qal li kien qed jisraq biex jibgħat il-flus lil familtu fil-Libja.

Dwar il-kannabis li kellu moħbija fil-qalziet ta’ taħt, il-ġuvni qal li jpejjep 10 sigaretti tal-ħaxixa kuljum.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, semgħet lill-prosekuzzjoni titlob għal sentenza riformattiva, u għalhekk ikkundannatu 3 xhur ħabs sospiżi għal sena.

Għad-difiża deher l-Avukat Joseph Bonnici, waqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Aktar