Qorti
Ġuvni taħt l-età ordnat ma jersaqx lejn missieru għal 3 snin

Ġuvni ta’ 16-il sena ammetta li ħebb għas-sieħba ta’ missieru b’ħarpun waqt argument familjari fis-17 t’Awwissu.

Il-ġuvni, li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, ammetta wkoll li hedded lill-mara u li żamm lilha u lil binha ta’ 4 snin kontra l-volontà tagħhom f’residenza f’Ħaż-Żabbar.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia, innutat l-ammissjoni bikrija tal-ġuvni, l-età żgħira, u l-fatt li kellu tfulija diffiċli, anki minħabba s-separazzjoni deskritta bħala “akkanita” tal-ġenituri tiegħu.

Ikkunsidrat ukoll li d-difiża u l-prosekuzzjoni kienu t-tnejn qed jindikaw li l-ġuvni għandu bżonn min jidderiġieh, u li l-ġuvni deher li lest jieħu l-għajnuna offruta lilu.

Huwa għalhekk tpoġġa taħt probation għal 3 snin. Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tal-ħarpun, waqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal 3 snin fil-konfront ta’ missieru, is-sieħba tiegħu u binhom.

Il-ġuvni kien ordnat ma jersaqx lejn ir-residenza tal-familja jew l-iskola tat-tifel, u lanqas lejn il-festa tal-Madonna tal-Grazzja.

Matul dan iż-żmien huwa se jkun qed jgħix m’ommu f’raħal differenti, wara li din offriet quddiem il-Qorti li żżommu magħha.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman, waqt li l-ġuvni kien irrappreżentat mill-Avukat Ryan Ellul.

Ara wkoll:

Ġuvni ta’ 16-il sena jinżamm arrestat wara li hedded lis-sieħba ta’ missieru b’ħarpun

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar