Kronaka
Ġuvni u tfajla jindarbu gravi wara li nqalbu bil-vettura fir-Rabat

Ġuvni u tfajla sofrew ġrieħi gravi wara li dal-lejl kienu involuti f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident fi Triq Buqana għall-ħabta ta’ nofsillejl nieqes għaxra.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 19-il sena li joqgħod San Pawl il-Baħar kien qed isuq Suzuki Samurai meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb. Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 17-il sena li toqgħod is-Siġġiewi.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liż-żewġ żgħażagħ l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.