Kronaka
Ġuvnott bi ġrieħi gravi wara li ttajjar f’San Ġiljan

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am.

Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San Ġiljan, kien qed jaqsam it-triq, meta ntlaqat minn karozza tal-għamla Toyota Corsa misjuqa minn ġuvni ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Il-ġuvnott li ntlaqat ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-Pulizija qed tinvestiga.

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni li titlob lill-Prim Ministru Joseph Muscat jerfa’ r-responsabbiltà politika u jneħħi lil Keith Schembri minn Chief of Staff. Il-Mozzjoni titlob li b’mod urġenti, il-Parlament jiddiskuti l-aħħar…

Qorti

Waqt konferenza stampa dwar proġett għall-aktar effiċjenza fis-sistema ġudizzjarja, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici saħaq fuq il-bżonn li s-sistema ġudizzjarja tkun relevanti għas-soċjetà tagħna. F’konferenza li mmarkat…

Edukazzjoni

F’konferenza dwar l-litteriżmu fil-midja l-President George Vella appella għal aktar kawtela bil-mod ta’ kif tigi analizzata l-aħbar. Dr Vella sostna li l-kredibilità fil-ġurnaliżmu ma tistax titkejjel minn kemm l-artiklu jkollu…

Qorti

Daniel Appau mill-Ghana ġie ordnat jitkeċċa minn Malta. Dan wara li Appau seraq rota ta’ kunsillier Żebbuġi, reat li tiegħu il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannatu wkoll għal 13-il xahar ħabs…

Aktar