Saħħa
Ġuvnott jgħaddi €10,000 lil Puttinu wara maratona ta’ ġiri b’tislima lejn ħabiba

Tommy Wallbank, il-ġuvnott ta’ 15-il sena li ġera 1,000 kilometru biex isellem il-memorja tal-ħabiba tiegħu Rebecca Zammit Lupi, ippreżenta l-€10,000 li ġabar lil Puttinu Cares.

Wallbank ġietu din l-idea wara li f’Jannar li għadda tilef lill-ħabiba tiegħu, li kellha 15-il sena, kawża tal-kanċer.

Huwa għamel sfida lilu nnifsu li jiġri kilometru għal kull €5 li tingħata f’donazzjoni b’risq l-għaqda li tgħin pazjenti bil-kanċer.

Il-ġuvott ta’ 15-il sena beda jqassam dawn il-kilometri fuq diversi ġranet bl-aħħar jum kien ftit tal-jiem ilu.