COVID-19
Gvernijiet lokali fi Franza bis-setgħa li jordnaw l-ilbies tal-maskra barra

Il-gvernijiet lokali fi Franza ngħataw is-setgħa li jordnaw li tintlibes il-maskra f’postijiet pubbliċi fuq barra, hekk kif il-pajjiż qed jiġġieled kontra ż-żieda fil-każijiet tal-COVID-19.

Il-belt fit-Tramuntana ta’ Lille diġà implimentat dan il-mandat.

Il-medja ta’ każijiet ġodda fl-aħħar sebat ijiem qabżet l-elf każ kuljum – għall-ewwel darba minn Mejju – meta Franza bdiet terħi r-restrizzjonijiet tal-lockdown.

Il-maskri ilhom obbligatorji li jintlibsu f’postijiet pubbliċi magħluqa mill-20 ta’ Lulju.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Barranin

Il-Qorti għolja Ingliża qalet li l-kumpannija tal-linja tal-ajru Virgin Atlantic se tfalli jekk il-kredituri tagħha ma japprovawx ftehim ta’ 1.2 biljun lira sterlina biex isalva lill-kumpannija. Skont l-avukati tal-linja tal-ajru,…

Barranin

Queensland fl-Awstralja estendiet l-għeluq tal-fruntiera minn ma’ New South Wales u l-Australian Capital Territory bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19. L-istat ta’ Victoria huwa magħluq meqjus bħala l-epiċentru tat-tieni mewġa tal-virus,…

Aktar