Barranin
Gżira tisparixxi minn fuq il-mappa bil-qawwa tal-uragan Walaka

Gżira li tifforma parti mill-grupp ta’ gżejjer tal-Hawaii sparixxiet minn fuq il-mappa bil-qawwa tal-uragan Walaka.

Din il-gżira li tinsab 550 mil mill-Majjistral ta’ Honolulu spiċċat mgħerrqa.

Ħadd ma jgħix fuq din il-gżira iżda x-xjentisti jinsabu inkwetati l-għaliex, fuq din il-gżira, kienu jsibu l-kenn l-aktar annimali f’periklu li jinqerdu – fekruna magħrufa bħala l-Hawaiian green sea turtle u l-foka magħrufa aħjar bħala l-Hawaiian monk seal.

Ix-xjentisti jaħsbu li l-gżira jaf tibqa’ taħt l-ilma bit-tibdil li qed naraw fil-klima.

Kif kienet tidher il-gżira qabel ma ntlaqtet mill-uragan Walaka