Qorti
Ipatti qares minħabba ‘Like’ fuq Facebook

Like fuq profil ta’ Facebook ta’ mara oħra wassal lil Mario Borg ta’ 49 sena minn Ħaż-Żebbuġ fil-Qorti.

Dan hekk kif is-sieħba preżenti tiegħu xejn ma niżlitilha din il-ħaġa, bil-konsegwenza li qam argument bejniethom u l-akkużatu li taha daqqa ta’ ponn.

Borg kien akkużat mill-Ispettur Alfredo Mangion li kkaġuna feriti ħfief fuq is-sieħba tiegħu u anke beżżagħha bi vjolenza. Huwa kien akkużat li naqas li jobdi l-ordnijiet tal-pulizija.

Il-każ seħħ il-lejl illi għadda għal ħabta tas-1am, meta l-mara għamlet rapport lill-Appoġġ fejn ħareġ it-tim ta’ emerġenza u minħabba r-riskju għoli tar-reat, ġew infurmati l-pulizija u r-raġel tressaq il-Qorti.

L-akkużat qal li huwa għadu jħobb lis-sieħba tiegħu. Huwa ammetta l-akkużi, bil-Qorti ssibu ħati u ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn. Il-Qorti ordnat li Mario Borg ma jersaq qatt lejn is-sieħba tiegħu.

L-avukat Martin Fenech deher għall-akkużat.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar