Politika
Ħabbar il-bidu ta’ proċess biex il-pajjiż ikollu Prim Ministru ġdid

F’messaġġ lin-nazzjon li għadu kemm ixxandar fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-bidu tal-proċess biex il-pajjiż ikollu Prim Ministru ġdid.

Dr Muscat qal li l-ewwel se jkun qed jikteb lill-President tal-Partit Laburista biex jibda proċess li bih jingħażel Mexxej ġdid tal-partit sa nhar il-Ħadd, 12 ta’ Jannar. Qal li dakinhar li jingħażel mexxej ġdid għall-Partit Laburista hu se jirrizenja minn Mexxej u fil-jiem ta’ wara jirriżenja minn Prim Ministru. Il-Prim Ministru qal li informa b’dan kollu lill-President tar-Repubblika.

Irrefera għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qal li bħala Prim Ministru sentejn ilu wiegħed li se ssir ġustizzja sħiħa u mill-ewwel ra li l-Pulizija jkollha r-riżorsi kollha, bl-involviment sħiħ tal-Europol u servizzi internazzjonali oħra. Dr Muscat qal li jista’ jgħid li żamm kelmtu. Semma li llum mhux biss għandna tliet persuni akkużati bil-qtil, iżda għandna wkoll persuna akkużata li allegatament kienet il-mandant ta’ dan l-assassinju. Il-Prim Ministru qal li dan seta’ jseħħ biss għax kien hemm ir-rieda li ssir ġustizzja għal dan id-delitt xokkanti.

Dr Muscat tkellem dwar il-kisbiet tal-gvern immexxi minnu fil-leġislatura li għaddiet u f’din il-leġislatura. Qal li bħala Prim Ministru u bħala Malti u Għawdxi, ħabb lil pajjiżu, ma kienx perfett u kelli nuqqasijiet li tagħhom talab skuża personalment, anke jekk qal kienu nuqqasijiet ta’ ħaddieħor.

Il-Prim Ministru qal li jaf li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu kienet u għadha tafdah. Qal li minħabba din il-fiduċja kien hemm min staqsieh għaliex issa se jwarrab. Il-Prim Ministru qal li t-tweġiba tiegħu hi li hekk hemm bżonn. Wera l-fehma li b’dan il-pass se naraw li nippreservaw legat ta’ ġid ekonomiku u ġustizzja soċjali mingħajr preċedent.

Temm li minn għada l-ħidma tkompli.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar