Qorti
Ħabs għal raġel li nstab ħati li hedded u weġġa’ mara

Raġel ta’ 35 sena nstab ħati li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha.

Destiny Ogbiede ġie kkundannat sena priġunerija effettiva, b’garanzija taħt l-artikolu 412C għall-perjodu ta’ 5 snin fil-konfront tal-vittma.

In-Niġerjan li m’għandux fejn jgħix, kien akkużat ukoll li għamel ħsara fil-bieb ta’ barra tal-mara, u li kiser ordni ta’ protezzjoni biex ma jersaqx lejha.

Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea.

Ara wkoll:

Akkużat li kisser il-bieb tal-eks sieħba u sawwatha b’injama