Qorti
Ħabs għal żewġt irġiel li provaw jaħarbu minn Malta

Żewġ Sudaniżi, Bashir Issa u Ishar Abud ntbagħtu l-ħabs għall-sitt xhur u disa’ xhur ħabs wara li nqabdu jipprovaw jaħarbu minn Malta abbord katamaran b’dokument falz fil-każ ta’ Issa, u b’passaport ta’ xi ħadd mill-Guinea fil-każ ta’ Abud.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-ispettur Karl Roberts qalet li l-immigranti li wieġbu mhux ħatja, huma residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.