Qorti
Ħabs wara li ammetta li ħebb għas-sieħba tiegħu

Raġel ta’ 55 sena minn Bormla ntbagħat sena ħabs wara li ammetta li ħebb għas-sieħba tiegħu li minnha għandu ħames ulied.

Fil-Qorti ntqal li l-koppja kienet ilha f’relazzjoni 22 sena iżda din intemmet. Intqal li hemm diversi problemi bejn il-koppja fosthom ta’ flus u anke nuqqas ta ftehim dwar l-ulied.

L-imputat kien akkużat b’fastidju, theddid, offiżi ta’ natura ħafifa u anke inġurja lis-sieħba tiegħu. Ingħad li din l-attitudni baqgħet għaddejja anke wara li saru diversi rapporti lill-Pulizija tant li akkużat kien digà nstab ħati ta vjolenza domestika u ngħata sentenza ta’ xahar ħabs li issa saret effettiva.