Qorti
Ħabs wara li provaw jitilqu minn Malta b’dokumenti foloz

Żewġ immigranti, mara u raġel f’każijiet separati kienu akkużati li pruvaw joħorġu minn Malta b’dokumenti foloz li xtraw mingħand xi ħadd għas-somma ta’ bejn 500 u 700 ewro.

Oscar Pare Aristide minn Burkina Faso u Marie Simbiano mill-Guinea ntbagħtu sitt xhur ħabs kull wieħed wara li ammettew li kienu f’pussess ta’ passaport falz jew li dawn id-dokumenti kienu jappartjenu lil xi ħaddieħor.