Qorti
Ħabs wara li provaw jitilqu minn Malta illegalment

Żewġ immigranti weħlu 13-il xahar ħabs bejniethom wara li tressqu separatament il-Qorti akkużati li ppruvaw jaħarbu minn Malta, wieħed b’passaport ta’ ħaddieħor u l-ieħor b’dokument ta’ residenza falz.

Somalu ta’ 16-il sena ammetta jaqbad titjira lejn Brussel b’passaport ta’ ħaddieħor u weħel 7 xhur ħabs għax huwa wkoll riċediv. L-ieħor li ismu u n-nazzjonalità tiegħu ma jistgħux jixxandru fuq ordni tal-Qorti, ammetta li pprova jsiefer lejn Bergamo fl-Italja b’dokument ta’ residenza falz. Huwa ġie kkundannat għal 6 xhur ħabs.