Barranin
Ħabs wara li stupra tifel u biegħ il-filmati fuq l-internet fil-Ġermanja

Spanjol ta’ 33 sena nbagħat 10 snin ħabs wara li nstab ħati li stupra tifel u abbużah sesswali, li ġiegħel lit-tifel għall-prostituzzjoni u ħoloq pornografija tat-tfal.

F’Qorti Ġermaniża, l-investigaturi qalu li omm it-tifel ta’ 9 snin flimkien mas-sieħeb tagħha offrew lit-tifel għas-sess fuq sit tal-internet għal sentejn sħaħ. Kawża t’hekk it-tifel ġie abbużat u stuprat minn diversi rġiel kemm Ġermaniżi kif ukoll barranin.

Il-Pulizija ddeskriviet dan il-każ bħala wieħed mill-agħar każijiet li qatt investigaw dwar abbuż sesswali fuq it-tfal.

Aktar kmieni r-raġel kien ammetta li stupra lit-tifel u li ffilmja l-istupru għall-flus.

B’rabta ma’ dan il-każ ġew arrestati 8 suspettati, fejn 3 Ġermaniżi u Żvizzeru ntbagħtu bejn tmien u għaxar snin ħabs.