Ħabta bejn karozzin u tliet vetturi toħloq traffiku kbir fil-Belt

Inċident tat-traffiku li fih kienu nvoluti tlett vetturi u karozzin, ħoloq traffiku kbir wara nofsinhar fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana fid-direzzjoni lejn Marsamxett.

Minn informazzjoni li tvm.com.mt kiseb minn fuq il-post, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.20 p.m. meta vettura li kienet qed tinstaq minn tfajla fid-direzzjoni lejn il-Furjana, għal xi raġuni tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’vettura oħra li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Bid-daqqa it-tieni vettura laqtet vettura oħra li kienet ipparkjata filwaqt li l-karozza li laqtitha mbagħad baqgħet dieħla f’karozzin li dak il-ħin kien qed jagħmel vjaġġ bit-turisti.

Fortunatament ħadd ma weġġa għalkemm iż-żiemel jidher li sofra minn xi ġrieħi ħfief.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar