Kronaka
Ħabta bejn xarabank u karozza fi Blata l-Bajda – karreġġjati lejn il-Belt magħluqa

Tnejn minn tliet karreġġjati lejn il-Belt kellhom jingħalqu wara ħabta fi Blata l-Bajda.

Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, hemm involuti xarabank u karozza ta’ struttur tas-sewqan.

Fil-karozza kien hemm żewġ tfajliet li sofrew xi ġrieħi.

Fuq il-post marru l-Pulizija, u ssejħet ukoll ambulanza.