Kronaka
Ħabta bejn żewġ vetturi viċin l-ajruport

Persuna sofriet xi ġrieħi f’ħabta bejn żewġ vetturi fil-Gudja. L-inċident seħħ ftit wara t-3.30pm f’Dawret il-Gudja.

Mill-ewwel tagħrif jidher li vann u karozza għal xi raġuni ħabtu viċin salib it-toroq.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, kif ukoll ambulanza minn Mater Dei.

Mill-informazzjoni li għandu TVM ma jidhirx li xi ħadd weġġa’ serjament fl-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar