Knisja Maltija
“Ħadd ma għandu jkun iblah u jgħid li l-virus mhux ser imiss lilu”

Il-festa ta’ Maria Bambina kienet ċelebrata permezz ta’ pontifikal li tmexxa mill-Arċisqof Charles Scicluna li fakkar li Marjia dejjen kienet ta’ tarka għall-poplu Malti u terġa’ tkun fil-ġlieda kontra l-virus li qal li huwa għadu ma jidhirx. Monsinjur Scicluna qal li ħadd ma għandu jkun iblah u jgħid li l-virus mhux ser imiss lilu għalhekk ħeġġeġ biex jittieħdu l-prekawzjonijiet.

Fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar l-Arċisqof Charles Jude Scicluna mexxa pontikal fil-festa dedikata lit-twelid tal-Madonna. L-Arċisqof fakkar x’ferħ kellhom il-ġenituri Anna u Ġwakkin meta twilditilhom tarbija li minnha aktar ‘il quddiem kellu jitwieled dak li għallem lill-bniedem mhux biss kif iħobb lill-proxxmu iżda anke lill-għedewwa tiegħu.

Huwa qal li l-isem ta’ Anna jfisser ħniena, sbuħija u grazzja filwaqt li Ġwakkin ifisser li Alla jerfa’ u jgħin lill-bniedem. Spjega wkoll li l-isem Marija Bambina jfisser ħafna affarijiet diffenti għax x’aktarx li oriġini antika tiegħu ġejja mill-Eġittu. Spjega li huwa żgur li dan l-isem biddel baħar ta’ dmugħ f’tama għax għamilha possibbli li Alla jsalva.

Fakkar li l-isem ta’ Marija huwa marbut ma’ mumenti fil-ħajja tal-poplu Malti fejn ma qatax qalbu u rebaħ quddiem l-għadu fl-1565 u fl- 1943 fejn sostna li anke llum quddiem il-pandemija ħadd ma għandu jaqta’ qalbu għax bl-għajnuna ta’ Alla u billi nieħdu ħsieb xulxin anke din il-ġlieda ser tintrebaħ bis-saħħa tal-Bambina. L-Arċisqof appella li ħadd ma għandu jkun iblah u jaħseb li l-virus mhux ser jolqot lilu filwaqt li sostna li l-vulnerabbli għandhom jingħataw l-aktar protezzjoni. Appella biex kulħadd jisma’ mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex kull persuna tingħata l-protezzjoni li tenħtieġ.

Sadanatant għall-Jum il-Vitorja biswit il-Monunent tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valetta saret ċerimonja bis-sehem ta’ stakkament ta’ suldati mill-Forzi Armati ta’ Malta fejn l-eċċellenza tiegħu l-President ta’ Malta Geroge Vella flimkien mas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit poġġew bukketti ta’ fjuri f’riġlejn il-monument.

Aħbarijiet Oħra

Inġabru ftit aktar minn €500,000 s’issa waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi mill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund. 5️⃣0️⃣0️⃣,0️⃣0️⃣0️⃣ – GRAZZI! 🇲🇹 5100 2020 – €205190 2030 – €505130 2000 –…

Din is-sena l-vendemmja naqset iżda l-kwalità tal-għeneb kienet tajba ħafna. Dan intqal minn produttur ewlieni tal-inbid lokali Jeremy Cassar li appella wkoll biex iż-żgħażagħ li jixtiequ jinvestu fl-agrikoltura u l-vitikultura…

Għandu 40 sena u ilu seba’ snin jivvjaġġa minn pajjiż għall-ieħor jibni l-kastelli bir-ramel, u jgħix ġo kamp. Peter Havel mir-Repubblika Ċeka qal li għalih dan huwa l-isbaħ stil ta’…

Mill-ispezzjonijiet li qed jagħmlu uffiċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li l-iktar li sabu nies bla maskra fil-pubbliku huwa fuq tal-linja. Fi 3 ġimgħat inħarġu mat-300 multa wara li saru 13,000…

Aktar