Lokali
Ħadd ma jweġġa’ f’argument fl-Isptar Monte Carmeli

Il-Ministeru għas-Saħħa ċaħad rapporti li dehru f’xi sezzjonijiet tal-media fejn qalu li ħarab pazjent mill-Isptar Monte Carmeli.

Fi stqarrija, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li l-pazjent kellu l-permessi neċessarji biex joħroġ mill-Isptar Monte Karmeli biex jagħmel il-qadi personali tiegħu. Stqarr li li dan baqa’ ma rritornax lejn l-isptar u għaldaqstant sar rapport fl-għassa tal-Ħamrun.

Dwar l-argument irrapportat li seħħ, il-Ministru Fearne spjega li aktar kmieni llum seħħ argument bejn pazjenti rikoverati fis-sala 8B. Stqarr li f’dan l-argument ma kinux involuti infermiera u carers, u ħadd ma weġġa’

Żied jgħid li l-argument ġie kkontrollat f’ħin qasir mill-istaff tal-istess sptar. Il-Ministru Fearne ċaħad li kien hemm xi swali fl-Isptar Monte Carmeli li ġew magħluqa.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Lukanda li tinsab quddiem il-baħar fil-Gżira ġiet miċħuda l-permess li tarma l-imwejjed u s-siġġijiet barra. Dan minkejja l-argument li nġieb li ħarġu diversi permessi simili fl-istess triq. It-Tribunal tar-Reviżjoni Amministrattiva…

Lokali

L-akkaniżmu tal-festa tela’ għal ras raġel mill-Birgu li spiċċa ta’ daqqa ta’ qasrija lil raġel ieħor.  L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar u x’aktarx li kien minħabba r-rivalità taż-żewġ każini f’din il-lokalità…

Kultura

Il-Milied ta’ din is-sena se jkun wieħed iktar speċjali għal dawk li għandhom għal qalbhom il-presepji. Bħal kull sena Festivals Malta qed tniedi l-Kompetizzjonijiet Nazzjonali tal-Presepji għall-Milied tal-2018 f’sitt kategoriji…

Aktar