COVID-19
Ħadd ma tħalla jinżel minn fuq cruiseliner li fuqu aktarx kien hemm każ ta’ COVID-19

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li dalgħodu l-awtoritajiet Maltin kienu infurmati li fuq cruiseliner li kien fi triqtu lejn Malta kien hemm każ suspettat ta’ Covid-19 li għadu mhux ikkonfermat.

Fuq Facebook, il-Ministru Farrugia Portelli spjegat li l-vapur tħalla jidħol Malta għal waqfa teknika ta’ ftit sigħat imma l-ebda persuna ma tħalliet tinżel l-art. Dan wara li skattaw il-protokolli maqbula mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin fejn jistipulaw li l-ebda passiġġier ma jitħalla jinżel għall-eskursjonijiet f’każijiet bħal dawn.

Intant il-vapur salpa ‘l barra.