Politika
Ħadd m’għandu jkun kunsidrat ‘il fuq mil-liġi – l-imsieħba soċjali

Il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali qal li l-imsieħba kollha fil-kunsill iddiskutew l-aħħar żviluppi wara li ssospendew l-aġenda tal-kunsill. Fi stqarrija ffirmata miċ-chairman tal-Kunsill John Bencini ntqal li l-imsieħba soċjali rrikonoxxew il-progress fl-investigazzjonijiet.

Huma sejħu lill-istituzzjonijiet responsabbli għat-tħaddim tas-saltna tad-dritt biex ikomplu jissaħħu. Saħqu li ħadd m’għandu jkun kunsidrat ‘il fuq mil-liġi u li l-ġustizzja trid issir u tidher li qed issir.

L-imsieħba soċjali qalu li huwa essenzjali li jerġa’ jkun hawn l-istabbiltà soċjali u politika biex l-ekonomija tkompli tiffjorixxi. Il-kunsill qal li l-imsieħba fi ħdanu permezz tad-djalogu soċjali ser ikompli jippromwovi riformi istituzzjonali biex tissahħħaħ l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji biex jaħdmu mingħajr biża’ jew favur ħalli kull ċittadin, irrispettivament mill-pożizzjoni tiegħu jinżamm kontabbli ta’ għemilu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar