Kurżitajiet
Ħaddem iktar il-ġogi u l-muskoli biex iddum ma tixjieħ

Ħafna minna qed jinjoraw li jiċċaqalqu imqar għal ftit tal-ħin matul il-ġurnata.  L-eżerċizzju huwa tajjeb mhux biss biex ikollna figura tajba, iżda għax huwa importanti għall-muskoli u l-ġogi.

L-aġenzija Ingliża Public Health England għadha kif nediet rapport li fih pariri dwar kif in-nies jistgħu jixjieħu aħjar billi jagħmlu l-eżerċizzju.  Filwaqt li l-aerobics huma tajbin għal qalb u pulmun b’saħħithom, in-nies huma inqas konxji li jridu jagħmlu tip ta’ eżerċizzju biex isaħħu l-ġoġi u l-muskoli, imqar darbtejn f’ġimgħa.

Fost l-attivitajiet li huma l-iktar ta’ benefiċċju, skont il-Public Health England hemm it-tennis, iż-żfin u l-użu tal-weights.  Il-yoga, it-tai chi u r-rota ukoll huma tajbin għall-għadam, il-muskoli u l-bilanċ.

Raġel minn fost tlieta u mara minn fost erbgħa qed jagħmlu l-eżerċizzju adattat biex jibqgħu b’saħħithom u fl-istess waqt isaħħu l-ġogi.  Dan it-tip ta’ eżerċizzju huwa tajjeb ukoll f’perjodi oħra ta’ tibdil f’ħajjitna bħat-tqala, il-menopawża, id-dijanjożi tal-mard, l-irtirar mix-xogħol, u l-irkupru wara xi intervent fl-isptar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fl-Istati Uniti li ġiegħel lil bintu żgħira tidħol f’magna biex tisraq il-ġugarelli nqabad u tressaq quddiem il-Qorti. Huwa nkixef b’filmat tas-sigurtà li ttella’ fuq il-midja soċjali mill-Pulizija ta’ Salem…

Barranin

Baħħar Indjan spiċċa mitluf f’nofs l-Oċean Indjan midrub serjament wara li d-dgħajsa tiegħu ġarrbet ħsarat kbar waqt maltempata. L-inċident seħħ il-Ġimgħa meta l-baħħar Abhilash Tomy spiċċa 3,200km ‘l barra mill-kosta Awstraljana…

Barranin

Żewġ nisa u żewġt itfal, fosthom tarbija, jidhru fuq filmat qed jinqatlu kiesaħ u biered fil-Kamerun minn irġiel lebsin uniformi ta’ suldati. Il-vittmi jidhru jinħarġu ‘l barra minn villaġġ, jiġu…

Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Aktar