Kronaka
Ħaddiem iweġġa’ gravi f’barriera f’Ta’ Kerċem

Raġel ta’ 63 sena ġie rikoverat wara li waqa’ ġo barriera f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15 ta’ waranofsinhar fil-limiti ta’ Għar Ilma, f’Ta’ Kerċem.

Il-Pulizija qalet li meta marret fuq il-post sabet li raġel Taljan li joqgħod Marsalforn kien weġġa’ waqt li kien qed jaħdem fil-barriera.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Restawr estensiv fil-Berġa ta’ Aragona kixef forn uniku u fdalijiet storiċi oħra ta’ żmien il-Kavallieri. Hu maħsub li ladarba jitlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr f’din il-berġa, dan il-wirt storiku jibqa’ mikxuf…

Kronaka

Fi stqarrija uffiċjali, il-Gvern qal li ħatar inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta…

Ambjent

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti, ħafna minnhom żgħażagħ inġabru u qed ikomplu jinġabru fi bliet madwar id-dinja fi protesta biex isejħu għal azzjoni immedjata favur il-klima dinjija. F’Malta wkoll, attivitsti…

Droga

Sejba ta’ madwar seba’ kilos ħaxixa tal-Kannabis flimkien ma’ ammont ta’ trab abjad suspettat droga kokajina lesta biex tiġi traffikata saret bis-saħħa tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga u membri tal-RIU. Parti…

Aktar