Kronaka
AĠĠORNAT: Ġuvni fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ 3 sulari f’Ħ’Attard

Ġuvni Malti ta’ 17-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ mill-għoli f’Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9.50am fi Triq Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija qalet li l-ġuvni, li jgħix Ħal Qormi, waqa’ għoli ta’ madwar tliet sulari meta kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni. TVM infurmat li mal-waqgħa l-ħaddiema spiċċa fil-bitħa.

Fuq il-post marru l-Pulizija u ambulanza, li ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei, fejn iktar tard kien iċċertifkat li ġarrab ġrieħi serji.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Scibberas. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Matul il-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball inġabru €1,688,209 b’risq Puttinu Cares. Kienu bosta li matul tmiem il-ġimgħa li għadda marru sal-Marsa Sports Ground, b’uħud ipparteċipaw f’xi logħba u…

Kisbiet

Il-karozzi Bentley u Rolls Royce huma distintivi u magħrufa għal-lussu. Kristian Cini għad għandu sbatax-il sena, iżda għalkemm għad m’għandux l-età biex isuq, huwa dilettant kbir tal-karozzi Bentley u Rolls-Royce….

Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Aktar