Lokali
Ħaddiem fil-periklu tal-mewt u ieħor bi ġrieħi gravi wara li waqgħu f’sit tal-kostruzzjoni f’Għawdex

Żewġt irġiel ittieħdu l-isptar wara li sofrew xi ġrieħi waqt li kienu qed jaħdmu f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:00 fix-Xewkija, f’Għawdex meta żewġt irġiel ta’ nazzjonalità Albaniża waqgħu minn xi għoli. Huma kienu qed jagħmlu xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Madonna tal-Ħniena.

L-Albaniż ta’ 32 sena residenti ż-Żebbuġ Għawdex ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt mentri l-Albaniż ta’ 42 sena residenti r-Rabat Għawdex qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta bil-Maġistrat tal-Għassa Dr J. Vella Cuschieri taħtar diversi esperti biex jassistuha.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Gvern Malti kkundanna ż-żieda fil-vjolenza li qed tkun irrappurtata madwar Gaza, b’mod partikolari fuq il-pubbliku. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ esprima l-kondoljanzi tiegħu mal-qraba tal-vittmi u solidarjetà…

Lokali

Bħala parti mill-proċess ta’ reviżjoni tar-Reġistru Elettorali, il-Kummissjoni Elettorali qed tfakkar lil kull min jikkwalifika biex ikun reġistrat bħala votant fit-30 ta’ Settembru 2018 għandu jiċċekja jekk ismu u l-partikolaritajiet…

Saħħa

Mis-sena d-dieħla l-maħżen tal-mediċini tal-isptar Mater Dei, se jibda jimplimenta sistema awtomatika u robotika li biha eventwalment il-medicini jibdew jitwasslu lill-pazjenti rikoverati fl-isptar. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris…

Aktar