Kronaka
Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għal isfel f’Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta’ 48 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8.45am fi Triq Frans Sammut.

Il-Pulizija qalet li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel, li huwa mis-Sudan u joqgħod l-Imsida, waqa’ għoli ta’ madwar sular meta kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi serji. Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Francesco Depasquale.