Qorti
Ħaddiem fil-qasam tas-saħħa jitlob il-ħelsien mill-arrest għax bħalissa hemm bżonnu

Jimmy Mifsud, akkużat li ħaraq il-garaxx tal-ex sieħba tiegħu u li ffastidjaha fost oħrajn, talab għall-ħelsien mill-arrest l-għaliex huwa health care worker u bħalissa hemm bżonnu.

F’dan ir-rikors, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud, qalet li l-vjolenza domestika huwa reat serjissimu u li l-imputat ikkawża biża’ kbira fuq il-vittma, liema biża’ nnifisha tista’ twassal għal konsegwenzi koroh.

Għalhekk, fid-dawl ta’ dan u tal-fatt li l-Qorti bħal ħafna negozi u postijiet oħrajn jinsabu bil-bibien magħluqa minħabba l-imxija tal-Covid-19, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ta’ Mifsud.