Kronaka
Ħaddiem ġo fabbrika jweġġa’ gravi wara li waqa’ shutter fuqu

Raġel ta’ 44 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.15 ta’ waranofsinhar fil-limiti ta’ Għar Ħasan, f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija qalet li r-raġel, li joqgħod il-Kalkara, weġġa’ meta għal xi raġuni waqa’ fuqu shutter fil-fabbrika li kien qiegħed fiha.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar