Kronaka
AĠĠORNAT(2): Raġel ta’ 36 sena jmut f’inċident fil-Port Ħieles

Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Safi tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xogħol b’lifter fil-Port Ħieles, f’Birżebbuġa.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-5.30pm.

Mill-ewwel tagħrif jirriżulta li kontejner waqa’ fuq il-kabina li kienet qed tinstaq mill-ħaddiem.

Fuq il-post marru l-Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza minn Mater Dei.

Iktar tard ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Iktar dettalji mal-ħin.

Ara wkoll:

Christ Zahra huwa r-raġel li tilef ħajtu fil-Port Ħieles illum