Kronaka
Ħaddiem iweġġa’ gravi f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel Taljan weġġa’ gravi waqt li kien qed jaħdem b’chaser ġo sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm fi Triq Sliema, il-Gżira.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.