Kronaka
Ħaddiem iweġġa’ gravi wara li waqa’ sular f’Ħ’Attard

Raġel ta’ 46 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ għal isfel f’Ħ’Attard. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am f’sit fi Triq Dun Mikiel Xerri.

Il-Pulizija qalet li r-raġel, li huwa Rumen minn San Pawl il-Baħar, żelaq u waqa’ għoli ta’ madwar sular meta kien qed iżarma xi oġġetti.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, waqt li ambulanza li ħadet lill-ħaddiem l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Illum tħabbar 14-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, biex issa n-numru totali ta’ persuni ttestjati pożittivi għall-virus f’Malta tela’ għal 241. Is-Supertendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-każijiet…

COVID-19

It-Tabib Frank Portelli ħabbar li mietet oħtu Rosalie kawza tal-Covid-19. Huwa kien qal f’filmat li tella’ onlajn ilbieraħ li oħtu kienet qed tissielet għal ħajjitha fi sptar fl-Ingilterra. Huwa għamel…

COVID-19

Global payments ħabbret li qed tgħolli l-limitu ta’ pagament b’contactless card, bil-għan li wieħed ma jkollux bżonn idaħħal in-numru tal-pin. Il-kumpanija qalet li b’hekk se jitnaqqas il-kuntatt tal-idejn tal-klijenti mal-point…

COVID-19

TVM jista’ jiżvela li raġel Malti li jaħdem fil-fabbrika Playmobil ittestja pożittiv għall-Covid-19 nhar is-Sibt li għadda, wara li l-Ġimgħa kien daħal għax-xogħol. F’memo intern mibgħut lill-impjegati kollha, it-tmexxija tal-kumpanija…

Aktar