Kronaka
Ħaddiem jindarab gravi wara li waqa’ minn gallarija f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel ta’ 67 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar sular minn gallarija f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45pm fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.