Kronaka
Ħaddiem jindarab wara li waqa’ sular minn fabbrika fil-Mosta

Ħaddiem li kien qed jaħdem f’fabbrika li tagħmel l-irħam fil-Mosta iddaħħal l-isptar wara li waqa’ għoli ta’ sular. L-inċident seħħ għal ħabta tad-9.30am fi Triq id-Durumblat.

Il-ħaddiema kien qiegħed jagħmel xi xogħol fuq saqaf magħmul mill-fibre, meta din inqamset bih, bil-konsegwenza li l-ħaddiem waqa’ għal isfel.

Kienu ħaddiema oħra li talbu għall-għajnuna u fuq il-post l-ewwel ma waslu kienu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li talbu għall-assistenza tal-ambulanza.

Fi ftit ħin, waslet fuq il-post l-ambulanza b’tim mediku. Wara li għal xi ħin iddewwa fuq il-post, il-ħaddiem ittieħed lejn l-isptar għal aktar kura.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Grupp ta’ għaddasa li niżlu jgħoddsu f’Wied il-Għasri u Reqqa Point f’Għawdex ġew wiċċ imb’wiċċ ma’ skart mhux tas-soltu mormi fil-baħar. L-għaddasa sabu għadd ta’ ġlud tal-fniek mormijin fil-baħar. Bil-kurrent,…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi dwar riħ qawwi li se jaħkem il-gżejjer Maltin. Ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral ser ikun qawwi għal qawwi ħafna kultant fuq il-Gżejjer Maltin. Din…

Politika Lokali

Fi stqarrija, il-Gvern ta’ Malta qal li nnota d-dikjarazzjoni tal-familja Caruana Galizia wara r-riżultati tal-inkjesta fil-każ ta’ Egrant fuq allegazzjonijiet li oriġinalment għamlet Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern qal li huwa…

Aktar