Qorti
Ħaddiem stqarr li jixtieq jgħid il-verità dwar l-inċident bil-patt li jkun protett…

Ħaddiem Albaniż li kien qiegħed jaħdem fuq is-sit tal-kostruzzjoni meta ġġarfet id-dar tal-familja Pace fil-Ħamrun stqarr mal-Pulizija li jixtieq jgħid il-verità kollha dwar il-każ bil-patt li jkun protett. Dan intqal mill-prosekuzzjoni fil-bidu tal-kumpilazzjoni ta’ erba’ rgiel mixlija bil-qtil involontarju ta’ Miriam Pace.

80 ġurnata wara li omm ta’ 54 sena nstabet mejta qalb it-terrapien fi Triq Joseph Scolaro l-Ħamrun, dettalji ġodda dwar kif żvolġew l-affarijiet qabel u wara t-tiġrif ġew żvelati fil-qorti.

Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, l-Ispettur Robert Vella ż vela li l-istħarriġ tal-pulizija wera li l-musmar li kien qed jintuż a viċin id-dar tal-familja Pace ġie imċaqlaq minn postu wara li d-dar iġġarfet. Huwa qal li fuq is-sit kien hemm żewġ ħaddiema fosthom Nicholas Spiteri li kien qed iħaddem l-excavator u l-ħaddiem Albaniż Erbios Hysa li mal-pulizija dakinhar tal-inċident stqarr li ġie mwissi biex jibqa’ fommu sieket.

Huwa stqarr ukoll li Spiteri kien qed iqatta’ l-blat taħt ix-showroom li tiġi bieb ma’ bieb mad-dar tal-familja Pace ftit qabel dawn iġġarrfu.

Dawn id-dettalji ħarġu fil-bidu tal-kumpilazzjoni tax-xhieda bil-każ tal-pulizija kontra l-Periti Anthony Mangion u Roderick Camilleri u tal-kuntratturi Ludvic Dimech u l-ħaddiem Nicholas Spiteri li jinsabu mixlija li b’nuqqas ta’ ħsieb u traskuraġni kkaġunaw il-mewt ta’ Miriam Pace u li kkaġunaw ħsara fil-proprjetà privata fost akkużi oħra.

L-uffiċjal prosektur kompla jgħid li l-pulizija ġabret il-provi minn camera tas-sigurtà kif min traċċi oħrajn li l-musmar u l-gaffa kienu qed jintuż aw viċin il-binjiet li ġġarrfu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’residenza, f’Birkirkara. Dan wara investigazzjoni oħra mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Drogi flimkien mas-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fil-post…

Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

COVID-19

Raġel ta’ 56 sena huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’Malta. Huwa miet il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei. Waqt li tat rendikont tas-sitwazzjoni, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tat il-kondoljanzi…

Aktar