Kronaka
AĠĠORNAT: Ħaddiem ta’ Tug Malta jindarab gravi fil-Port Ħieles

Ħaddiem ta’ 61 sena li kien fuq dgħajsa tal-irmonk indarab gravi f’inċident li seħħ iktar kmieni llum fil-Port Ħieles.

TVM huwa infurmat li nqata’ ħabel meta r-raġel kien ma’ żewġt irġiel oħra fuq id-dgħajsa u nkiser xi ħġieġ.  Il-midrub ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-osservazzjoni, filwaqt li ż-żewġt irġiel oħra, raġel ta’ 61 sena u ieħor ta’ 36 sena ngħataw il-kura fuq il-post iżda ma ġarrbu ebda ġrieħi.

Kelliem għall-Port Ħieles qal li l-ħaddiem li ndarab fl-inċident huwa impjegat ta’ Tug Malta, iżda l-Port Ħieles bagħat mill-ewwel infermier fuq il-post biex jingħata l-ewwel għajnuna. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li ndarab gravi.

Il-Port Ħieles qal li Tug Malta u l-awtoritajiet konċernati għaddejjin bl-istħarriġ tagħhom b’rabta ma’ dan il-każ.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

L-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet ma kienux mill-aħjar għall-industrija tal-cruise liners f’Malta għalkemm is-sena li għaddiet kienet waħda tajba. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Ottubru u Diċembru,…

Kronaka

Raġel b’wiċċu mogħti b’maktur u armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal jisraq f’ħanut f’Tas-Sliema. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq l-Imrabat. Huwa daħal fil-ħanut u talab lill-impjegati – mara…

Ekonomija u Finanzi

Ċifri tal-Eurostat dwar ir-rata tad-dejn fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea juru li fit-tielet kwart tas-sena, Malta wara Ċipru kienet l-aktar pajjiż li naqqas ir-rata tad-dejn meta mqabbel mal-Prodott Domestiku Gross. Miċ-ċifri joħroġ…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi. Ir-riħ mix-Xlokk ser ikun qawwi f’xi waqtiet fuq l-inħawi fejn jaqbel tal-Gżejjer Maltin. It-twissija tibqa’ valida sad-9pm.

Aktar