Qorti
Ħaddiem tal-kostruzzjoni akkużat li seraq twieqi u bibien

Ħaddiem tal-kostruzzjoni ġie akkużat li seraq ħamsin tieqa u sitt bibien tal-aluminium.

Il-każ seħħ f’San Ġwann jumejn ilu u wassal għall-arrest ta’ Joseph Galea ta’ 28 sena li ċaħad l-akkużi kontrih.

Id-difiża qalet li Galea, li huwa riċediv sab ruħu f’diffikultajiet finanzjarji u ma kellux biex iħallas il-manteniment tat-tfal.

Il-Qorti tagħtu l-libertà provizorja u ordnatlu biex iżomm ‘il boghod mill-post fejn daħal jisraq.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Tela’ s-siparju fuq it-tlettax-il edizzjoni tal-festival tal-letteratura li din is-sena qed ilaqqa’ ħdax-il awtur minn disa’ pajjiżi, fosthom Malta. Fost it-temi li qed ikunu diskussi hemm is-saħħa mentali u l-midja…

Kronaka

Ma weġġgħux persuni f’nirien qawwija tkebbsu f’razzett li jinsab fi Triq Ħad Dingli r-Rabat. Il-pulizija kkonfermat li r-razzett ħa n-nar għall-ħabta tal-11pm u kellu ħsarat estensivi. Kien hemm ukoll żewġ…

Gazzetti

Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġna tal-ġurnali illum l-Erbgħa 22 ta’ Awwissu. Times of Malta Ritratt ewlieni fl-ewwel paġna li juri dimostranta żomm kartelluna li tikkommemora l-]amsin anniversarju minn meta kien…

Aktar